Il-Gvern Malti B’Donazzjoni Oħra Ta’ 20,000 Doża Ta’ Vaċċin U 25,000 Kit Ta’ Testijiet Rapidi

 Il-Gvern Malti B’Donazzjoni Oħra Ta’ 20,000 Doża Ta’ Vaċċin U 25,000 Kit Ta’ Testijiet Rapidi

Il-Gvern Malti ta donazzjoni ta’ 20,000 doża ta’ vaċċin kontra l-COVID-19 u 25,000 kit ta’ testijiet rapidi lin-nazzjon ta’ Antigwa u Barbuda ġewwa l-Karibew. Din il-kondiviżjoni tal-vaċċini u testijiet rapidi sar bl-għajnuna tal-Ministeru tas-Saħħa ta’ Malta u jsegwi l-isforzi li qed jagħmel pajjiżna sabiex tiġi provduta assistenza relatata mal-COVID-19 lil diversi pajjiżi.

Fi stqarrija ntqal li l-vaċċini u t-testijiet rapidi ntbagħtu minn Malta għal Antigwa bl-assistenza tal-Air Malta, li ġentilment offriet is-servizzi tagħha sabiex tassigura l-wasla sigura ta’ dawn l-oġġetti, bħala parti minn inizjattiva kkordinata mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej ta’ Malta.

L-isforz ta’ Malta fil-kondiviżjoni tal-vaċċin, li wassal sabiex iktar minn 420,000 doża tqassmu f’pajjiżi fi bżonn f’dawn l-aħħar xhur, huwa grazzi għall-koordinazzjoni bejn uffiċjali mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Ministeru tas-Saħħa, flimkien mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo sostna li l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern Malti fid-dawl ta’ dawn l-emerġenzi huwa espressjoni ta’ solidarjetà sħiħa mal-gvern u l-poplu ta’ Antigua u Barbuda, bħala konferma tal-impenn sħiħ li Malta lesta tagħti lill-istati gżejjer żgħar li qegħdin jiżviluppaw, b’mod speċjali fi żminijiet li tant ikollhom bżonn l-għajnuna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com