It-Tebut Li Fih Hemm Paulina Dembska Jintilef Fl-Ajruport Ta’ Heathrow
It-tebut bil-katavru ta’ Paulina Dembska li kien fi triqtu lejn il-Polonja, baqa’ ma’ wasalx hekk kif qed ikun irraportat li dan intilef fl-ajruport ta’ Heathrow.
L-Airmalta kkonfermat li l-katavru telaq minn Malta u twassal Londra kif kien pjanat. Minn hemm kellu jitlaq b’titjira oħra lejn il-Polonja fejn għal xi raġuni t-tebut ma’ tpoġġix fl-ajruplan.
Jidher li dan ġara minħabba żbalji fil-formoli u dokumentazzjoni fl-ajruport ta’ Heathrow li wassal biex il-katavru ta’ Pauline ntilef f’dan l-ajruport.
Bla dubju din kienet l-inqas ħaġa li l-familja ta’ Paulina kienu qed jistennew wara dak kollu li għaddew minnu.
Ftit ħin ilu ġie konfermat li l-katavru tpoġġa f’ajruplan ieħor u wasal fil-Polonja aktar kmieni llum.
Il-Funeral ta’ Paulina huwa pjanat li jsir għada.