Aġġornat: Il-Katavru Ta’ Paulina Dembska Wasal Fil-Polonja Wara Li Tilef It-Titjira Pjanata
It-tebut bil-katavru ta’ Paulina Dembska li kien fi triqtu lejn il-Polonja, baqa’ ma’ wasalx fil-ħin hekk kif qed ikun irraportat li dan tilef it-titjira lejn il-Polonja mill-ajruport ta’ Heathrow.
L-Airmalta kkonfermat li l-katavru telaq minn Malta u twassal Londra kif kien pjanat abbord it-titjira KM100.
Minn hemm ilbieraħ kellu jitlaq b’titjira oħra lejn il-Polonja fejn għal xi raġuni t-tebut ma’ tpoġġix fl-ajruplan.
Madankollu ftit tal-ħin ilu ġie konfermat li l-katavru tpoġġa f’ajruplan ieħor u wasal fil-Polonja aktar kmieni llum.
Il-Funeral ta’ Paulina huwa pjanat li jsir għada. Però minħabba d-dewmien jista’ jkun li jitmexxa għal aktar tard, minħabba tħassib li dan jasalx fil-ħin.
Il-katavru għadu jrid jiġi trasferit mili ’l bogħod lejn post ieħor, fejn ħa jsir il-funeral.