Bil-Filmat: Tfajjel Ta’ 5 Snin Jimxi Fuq Il-Passi Ta’ Missieru Fir-Reċtar

 Bil-Filmat: Tfajjel Ta’ 5 Snin Jimxi Fuq Il-Passi Ta’ Missieru Fir-Reċtar
Huma diversi l-għaqdiet teatrali fil-parroċċi u fl-irħula li bhalissa għaddejin bil-preparamenti għal xi rappreżentazzjonijiet marbuta ma’ żmien il-Ġimgħa Mqaddsa.
Dan Luca, tfajjel ta’ 5 snin. Missieru Christian Mula ser ikun qed jieħu sehem għall-ewwel darba, fil-parti ta’ Erodi mal-Pageant Group fi ħdan il-Parroċċa San Sebastjan.

Luca tħajjar jieħu sehem wkoll u ser ikun wieħed mill-qaddejja ta’ Pilatu. Fl-istess ħin, kemm waqt il-provi u anke waqt li jkun id-dar, qed inkun attent għall-missieru u qed jitgħallem uħud mil-linji mill-iskript u jinterpretahom għall-età tiegħu … U daħal fil-parti sew kif jidher f’dan il-filmat.

Dan għadu biss il-bidu … Luca għandu futur sabiħ quddiemu!
Id-dramm “Il-Maħfra” ser ikun qed jittella’ nhar it-Tlieta 12 u l-Erbgħa 13 ta’ April fiċ-Ċentru Parrokkjali San Sebastjan Ħal Qormi, b’kitba u direzzjoni ta’ Shaun Formosa. Għall-ewwel darba live f’24 sena!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com