Roberta Metsola Bl-Ewwel Żjara Uffiċjali F’Malta Fil-Festa Ta’ San Pawl

 Roberta Metsola Bl-Ewwel Żjara Uffiċjali F’Malta Fil-Festa Ta’ San Pawl

Roberta Metsola se tkun qed iżur pajjiżna propju għada f’jum il-festa ta’ San Pawl. Hija se tkun qed tagħmel l-ewwel żjara uffiċjali tagħha f’Malta minn wara li ġiet eletta bħala President tal-Parlament Ewropew.

Metsola mistennija tasal kmieni filgħodu bl-ewwel appuntament ikun laqgħa mal-President ta’ Malta George Vella, wara nofs inhar mistennija żżur il-Bidnija biex tfakkar il-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia.

Jidher li Roberta Metsola se tkun qed tattendi wkoll għall-quddiesa pontifikali fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfraġju fil-Belt Valletta, li ser tkun konċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna, f’jum il-Festa ta’ San Pawl.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com