Rapport: Il-PL Qed Jippjana Biex Il-Kungress Isir Sal-Aħħar Ta’ Frar

 Rapport: Il-PL Qed Jippjana Biex Il-Kungress Isir Sal-Aħħar Ta’ Frar

Skond rapport fuq ‘Times of Malta’, il-Partit Laburista qed jipprepara biex il-Kungress tal-Partit isir sal-aħħar ta’ Frar.

Skond l-istatut tal-PL il-Kungress isir viċin l-elezzjoni ġenerali, fejn matul il-Kungress jkunu approvati l-kandidati kollha tal-Partit kif ukoll ikun approvat il-manifest elettorali tal-PL.

Rapporti jgħidu li lbieraħ filgħaxija l-uffiċjali tal-PL kienu msejjħa l-Kwartieri Ġenerali, bl-aġenda tal-laqgħa tkun il-Kungress. Jidher li kienet diskussa d-data tal-Ħadd 20 ta’ Frar.

It-‘Times of Malta’ rrapportat li sorsi fi ħdan il-PL qalu li jekk il-Kungress isir f’din id-data l-probabbiltà hija li l-elezzjoni ġenerali titħabbar eżatt wara.

Nhar il-Ħadd li għadda Robert Abela waqt l-attività politika li għamel fl-Imqabba ħabbar li se jkun qed jikkontesta fuq il-ħames distrett. Qal ukoll li l-elezzjoni se tkun saret sas-6 ta’ Ġunju.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com