“Is-Servizz Tal-ATM U L-Internet Banking Biss Huma Biżżejjed?” – Dr Stefan Zrinzo Azzopardi

 “Is-Servizz Tal-ATM U L-Internet Banking Biss Huma Biżżejjed?” – Dr Stefan Zrinzo Azzopardi

Diversi nies matul il-pandemija kienu qed jilmentaw minħabba diversi problemi biex jinqdew mill-banek, speċjalment nies anzjani. Dan minħabba li l-pandemija ġabet diversi problemi ta’ loġistika fil-banek fosthom li diversi fergħat kienu qed jagħlqu minn ħabba li jkun instab xi każ attiv fost l-impjegati.

Il-Banek ukoll qed jaħdmu b’sistema ridotta biex fil-fergħa ma’ jkunx hemm ħafna nies jistennew, bin-nies qed jitħallew barra sakemm ikun imisshom.

Iktar ma jgħaddi ż-żmien il-banek dejjem qed jimbuttaw biex in-nies jużaw l-ATMs…Imma qed isir biżżejjed tagħrif speċjalment mal-anzjani?

Dwar dan tkellem ukoll is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi fejn fuq il-mezzi soċjali tiegħu qal li bosta anzjani kienu qed jilmentaw miegħu li qed isibu l-fergħa tal-bank fil-lokalità tagħhom magħluqa.

Huwa qal li l-anzjani qed isibuha diffiċli jużaw l-ATM biex jinqdew.

Dr Stefan Zrinzo Azzopardi temm isaqsi “taqbel li l-banek jagħlqu l-fergħat tagħhom?”

Huwa żied jgħid jekk is-servizz bl-ATM u internet banking humiex biżżejjed.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com