Magna Għall-Qalb U Kampanja Tal-Mard Tal-Qalb Jimmarkaw It-8 Anniversarju Tal-Fondazzjoni Marigold

 Magna Għall-Qalb U Kampanja Tal-Mard Tal-Qalb Jimmarkaw It-8 Anniversarju Tal-Fondazzjoni Marigold

L-ewwel Kampanja ta’ Għarfien Kardijaku li qatt saret f’Malta tnediet minn The Marigold Foundation (TMF) f’Jum San Valentinu, waqt li tfakkar ukoll it-8 anniversarju tal-fondazzjoni.

Biex tenfasizza l-impenn tagħha għal din il-kawża ġdida, TMF tat donazzjoni ta’ magna Echocardiogram high-end, Philips EPIQ CVx, lid-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei. Din is-sistema tal-ultrasound kardjovaskulari toffri immaġni avvanzata tal-qalb u tista’ tidentifika anke bidliet żgħar fl-ippumpjar tal-organu fi stadju bikri ħafna.

Filwaqt li enfasizza paragun impressjonanti, il-Kardjologu u membru tal-Bord Marigold is-Sur Robert Xuereb qal li filwaqt li Covid 19 ħasad il-ħajja ta’ madwar 500 persuna f’sena, l-attakki tal-qalb għadhom joqtlu aktar minn 1,000 persuna fis-sena f’Malta. Barraminhekk, il-kanċer u t-terapiji relatati ħafna drabi jaffettwaw il-funzjoni tal-qalb, u possibbilment iwasslu lill-pazjenti bil-kanċer li sussegwentement ibatu minn kundizzjonijiet tal-qalb.

Il-magna mogħtija llum se tgħin biex tipprevjeni u tittratta l-konsegwenzi kardjovaskulari tat-terapija tal-kanċer b’mod aktar f’waqtu. Il-magna se tintuża fil-Klinika tal-Kardjo-Onkoloġija li twaqqfet dan l-aħħar immexxija minn esperti kemm mid-Dipartiment tal-Kardjoloġija kif ukoll mid-Dipartiment tal-Onkoloġija.

Michelle Muscat, Chairperson u Ko-Fundatriċi ta’ TMF qalet li l-pilastri tal-fondazzjoni tas-saħħa, soċjali u edukazzjoni huma kollha mwettqa permezz ta’ inizjattiva bħal din.

Il-kampanja ta’ Għarfien Kardijaku għandha l-għan li teduka lill-pubbliku ġenerali dwar l-importanza li wieħed jibqa’ b’saħħtu u li jkun jaf is-sinjali ta’ wieħed mill-qattiela ewlenin fi gżiritna. Dan jifforma parti minn traċċa edukattiva permezz tas-serje ta’ kampanji ta’ Marigold. Barraminhekk, fondi li jinġabru permezz ta’ ġbir ta’ fondi pubbliċi qed jintużaw biex jaqdu lill-istess pubbliku ġenerali meta u fejn l-aktar għandu bżonnu.

Is-Sinjura Muscat qalet li l-Fondazzjoni Marigold temmen fl-avvanz ta’ kull ċittadin f’dan il-pajjiż u fit-titjib tal-ħajja ta’ kulħadd permezz ta’ għarfien, edukazzjoni u servizzi ta’ appoġġ biex b’hekk ikun żgurat li l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli sostnuti min-Nazzjonijiet Uniti jintlaħqu permezz tal-ħidma sfiqa ta’ organizzazzjonijiet volontarji bħal The Marigold Foundation.

Prezenti ghal din l-okkazjoni kien hemm ukoll is-Sinjura Celia Falzon, CEO Mater Dei, Dott. Nick Refalo, Chairman tad-Dipartiment tal- Onkologija, Dott. Alice May Moore, Cardiology Resident Specialist, lead in Cardio-Oncology, 

Dott. Jeremy Fleri Soler, Cardiology Higher Specialist Trainee, b’interess specjali fil- Cardio-Oncology u is-Sinjura Michelle Cassar, Charge Nurse, Cardiac Lab. 

Il-Kampanja għall-Għarfien Kardijaku tibda mit-Tnejn 14 ta’ Frar sal-Erbgħa 16 ta’ Frar fil-qalba ta’ Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta fejn il-pubbliku ġenerali huwa mistieden iżur u jitgħallem jieħu ħsieb innifsu u kif jipprevjeni mwiet bikrija. Il-kampanja hija organizzata minn The Marigold Foundation b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà Maltija tal-Kardjoloġija u bl-appoġġ tal-Mużew tal-Arkeoloġija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com