“Ivan Grech Mintoff Għadu Ma Ħallasx Dak Ordnat Lilu Mill-Qorti Lill-MGRM”

 “Ivan Grech Mintoff Għadu Ma Ħallasx Dak Ordnat Lilu Mill-Qorti Lill-MGRM”

Il-MGRM (Malta LGBTIQ Rights Movement) kitbet lill-Kummissjoni Elettorali b’rabta mal-każ ta’ libell li rebħet fil-konfront tas-Sur Ivan Grech Mintoff li llum huwa l-kap tal-partit politiku ‘ABBA’.

Fl-ittra ntqal li Grech Mintoff kellu libell kontrieh mill-MGRM fl-2015 li ntrebaħ fl-2019 u kien anke ordnat iħallas is-somma ta’ €3,000 lill-MGRM. B’kollox, l-ammont li kellu jitħallas kien ta’ €3,975.77.

Intqal ukoll li minkejja li saru wegħdi mis-Sur Grech Mintoff li kien ser iħallas l-ammont dovut, sal-lum il-ġurnata, dan għadu ma sarx.

L-MGRM temmen li kull individwu li ma jobdix il-qorti u ma jħallas kif ordnat, għandu jkun iċċekkjat u ma jitħallhiex jikkontesta ebda elezzjoni pubblika.

L-MGRM qed titlob azzjoni mill-Kummissjoni Elettorali biex tieħu l-miżuri u l-azzjoni neċessarja fir-rigward ta’ Ivan Grech Mintoff u kif ukoll li tassessja l-eleġibilità tal-kandidatura tiegħu fl-elezzjoni li ġej.

Ara iżjed hawn: Letter to The Electoral Commission re Ivan Grech Mintoff

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com