Bil-Filmat: Ta’ 13-Il Sena Żviluppatlu Kundizzjoni F’Wiċċu Li Sħabu Bdew Jgħajruh Mostru
Dan il-ġuvnott fir-ritratt, ta’ 13-il sena żviluppatlu kundizzjoni f’wiċċu bl-isem ta’ Neurofibromatosis. Din il-kundizzjoni toħloq bosta tumuri ħdejn xulxin; kundizzjoni li għad m’hawnx kura għaliha.
Sħabu bdew jgħajruh b’diversi titli fosthom ‘mostru’ u ‘aljen’. B’hekk, kienet iebsa mmens biex jagħmel ħbieb.
Il-weġgħa t’ommu fil-filmat turi kif is-soċjetà tirreaġixxi meta tara xi ħaġa mhux tas-soltu. Għal ommu, binha kien l-istess iben ta’ qabel ġralu li ġralu u ma kien tort tagħha li safa b’wiċċu hekk.
Il-Familja tgħix f’Alabama.