Daħal Jisraq Ħanut F’Raħal Ġdid, Mgħammad U Armat B’Sikkina – Il-Pulizija Bi Tfittxija Għall-Ħalliel
Il-Pulizija bi tfittxija għall-ħalliel li seraq ammont ta’ flus kontanti minn ħanut.
Is-serqa seħħet ilbieraħ, għall-ħabta tal-10pm, minn ħanut fi Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 50 sena.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.