Bil-Filmat: Diversi Ħbieb U Kollegi Jiltaqgħu Biex Isellmu L-Memorja Ta’ Ajay Shrestha

 Bil-Filmat: Diversi Ħbieb U Kollegi Jiltaqgħu Biex Isellmu L-Memorja Ta’ Ajay Shrestha

Ilbieraħ filgħaxija sar magħruf li l-vittma fl-aċċident traġiku li seħħ fi Triq Aldo Moro, l-Marsa huwa Ajay Shrestha, żagħżugħ ta’ 28 sena min-Nepal.

Intant, filgħaxija diversi kollegi u ħbieb inġabru fil-post fejn tilef ħajtu Ajay Shrestha u dehru jitolbu filwaqt li poġġew diversi xemgħat biswit bandiera tan-Nepal u ritratt ta’ Ajay.

Huwa kien għadu kif għalaq 28 sena u kien plejer u kowċ tal-Cricket f’pajjiżu. Ajay ġie f’Malta sabiex jipprova jsib futur aħjar minn dak li kellu quddiemu f’pajjiżu, iżda sfortunatament tilef ħajtu b’mod traġiku.

Ara l-filmati: 

Ara wkoll: 

It-Trakk Tilef Il-Kontroll, Laqat Is-Central Strip U Nqaleb – Jitlef Ħajtu Raġel Ta’ 28 Sena

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com