“Bżonn Urġenti Ta’ Sistema Nazzjonali Ta’ Trasport Tal-Massa” – Toni Bezzina

 “Bżonn Urġenti Ta’ Sistema Nazzjonali Ta’ Trasport Tal-Massa” – Toni Bezzina

“Il-bżonn ta’ sistema nazzjonali ta’ trasport tal-massa qiegħed jiżdied b’mod urġenti, kif tixhed l-istatistika li ġiet ippublikata mill-NSO li uriet li fit-toroq Maltin qed jiżdiedu medja ta’ 29 karozza kuljum.”

Dan saħqu l-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għat-Trasport u l-Infrastruttura, Toni Bezzina.

Fi stqarrija huwa qal li din l-informazzjoni qed tkompli turi kif il-proġetti ta’ twessiegħ ta’ toroq li għamel dan il-Gvern Laburista fl-aħħar snin kienu frott ta’ viżjoni short-term ħafna. Bezzina sostna, li kieku ż-żmien u l-flus li intefqu fl-aħħar snin fuq dawn il-proġetti kienu allokati fuq proġett maġġuri ta’ trasport tal-massa, kieku bdejna l-mixja sabiex nibdew nnaqqsu l-bżonn tal-vettura privata u nipprovdu alternattiva aħjar lin-nies.

“L-unika inizjattiva li ħa l-gvern f’dan ir-rigward kien l-famuż Malta Metro, proġett li l-Gvern tant kemm ma jemminx fih li diġà warrbu u poġġih fuq l-ixkaffa,” saħaq il-Kelliem tal-PN Toni Bezzina.

Huwa tenna li lanqas il-kumpanija li għamlet l-istudju ma temmen fil-proġett, “tant li infilsat klawżola li teżentaha minn kwalunkwe responsabbiltà għal dak li hemm miktub fir-rapport. Dan barra l-fatt li f’ dan ir-rapport hemm numru ta’ taxxi moħbija, li l-Gvern ħeba mill-poplu.”

Id-Deputat Toni Bezzina temm jgħid, “jidher ċar li ma hemm l-ebda rieda minn naħa tal-Gvern li jaħdem għal sistema ta’ trasport tal-massa u qed iħalli s-sitwazzjoni tiddeterjora, kif qed naraw mill-istatistika.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com