Il-PM Robert Abela Għand Il-President Biex Ixolji L-Parlament U Toħroġ Il-Proklama Għall-Elezzjoni Ġenerali
Wara l-attività politika tal-Partit Laburista fil-Furjana, l-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ laqgħa tal-Kabinett f’Kastilja, flimkien mal-Grupp Parlamentari Laburista u l-Kap taċ-Ċivil.
Il-Prim Ministru Abela rringrazzjahom tal-ħidma tagħhom.
Huwa qabad it-triq lejn il-Palazz ta’ Sant’Anton biex kif qal fid-diskors tiegħu jagħti l-parir lill-President George Vella biex ixolji l-Parlament u tissejjaħ elezzjoni ġenerali.
Il-Laqgħa ntemmet propju ftit tal-ħin ilu, u għalhekk issa uffiċjalment tibda l-kampanja elettorali għall-elezzjoni ġenerali 2022.
Dan kollu seħħ hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-elezzjoni ġenerali li jmiss se ssir is-Sibt 26 ta’ Marzu.