Bernard Grech Ser Jagħmel It-Tieni ‘Swab Test’ Tiegħu Għada…
Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, il-kandidat fi ħdan il-Partit Nazzjonalista għas-siġġu ta’ kap tal-partit Bernard Grech ħabbar li għalkemm is-swab test li diġà għamel ilbieraħ irriżulta fin-negattiv, ingħata l-parir biex jerġà jagħmel test ieħor għada l-Ġimgħa.
Bħalissa Bernard Grech jinsab f’self isolation. Tenna li ser ikompli bil-kuntatt mal-pubbliku kif għamel fl-aħħar sigħat… imma sadanittant mank weġibna fuq facebook messenger għalkemm ħalliena ‘seen‘.
Dan is-sit għamel kuntatt fuq facebook ma’ Bernard Grech fejn staqsejnieh hux possibbli nibagħtulu sett ta’ mistoqsijiet… ejjew ngħidu li bħalissa l-kampanja qed tieħu l-ħin… imma lanqas kelma waħda ma kien hemm ċans tinkiteb min-naħa tiegħu! Trid tagħti kas kulħadd Benard! Anke l-ftit u ż-żgħar li għadhom jibdew!
Min jaf, filwaqt li nawgurawlu li għada jkun kollox sew, nawguraw ukoll li forsi għada mar-riżultat tal-iswab test ikollna t-tweġiba li ser jaċċetta li nintervistawh u jweġbilna l-mistoqsijiet!!