“Assolutament Ma Naqbilx Mal-Pjanta Li Ġiet Ippubblikata Fis-Sajf Dwar Il-Marina F’Marsaskala” – Owen Bonnici

 “Assolutament Ma Naqbilx Mal-Pjanta Li Ġiet Ippubblikata Fis-Sajf Dwar Il-Marina F’Marsaskala” –  Owen Bonnici

“Assolutament ma naqbilx mal-pjanta li ġiet ippubblikata fis-Sajf dwar il-marina f’Marsaskala.”

Dan qalu l-Ministru Owen Bonnici waqt li kien intervistat fuq l-istazzjon ONE u mistoqsi dwar dan il-proġett.

Huwa qal li għandu l-istess pożizzjoni tal-Prim Ministru u l-Viċi Prim Ministru. “Li qed ngħidu huwa li kwalunkwe tmexxija ‘l quddiem ta’ din iż-żona irid ikollha numru ta’ prinċipji li jridu jibqgħu rispettati.”

Dwar il-bajja ta’ Marsaskala Bonnici qal li ż-żona tan-naħa ta’ ġewwa fejn hemm diġà id-dgħajjes “għandha tiġi organizzata biex dawk il-mażżri u il-bagi jagħmlu sens fid-dinja tal-lum.”

Meta mistoqsi dwar l-Università Amerikana Owen Bonnici qal li Gvern Laburista dejjem ħadem biex iġib l-investiment lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta, “Gvern Nazzjonalista lin-nies ta’ Wied il-Għajn kien ġabilhom fabbrika taż-żibel, l-impjant  tar-riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin.”

“Kont, għadni u nibqa’ nemmen b’qalbi kollha dwar il-bżonn ta’ investiment li jagħmel sens u li joħloq ix-xogħol u ġid ġdid lejn fis-South ta’ pajjiżna,” saħaq il-Ministru Owen Bonniċi.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com