Passiġġier Sofra Ġrieħi Gravi F’Ħabta Bejn Erba’ Karozzi

 Passiġġier Sofra Ġrieħi Gravi F’Ħabta Bejn Erba’ Karozzi

Passiġġier f’karozza sofra ġrieħi gravi f’ħabta bejn erba’ vetturi.

L-aċċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-6:45am, fil-Marsa Ħamrun bypass.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-inċident seħħ bejn VW Golf misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti l-Iklin, Kia Optima misjuqa minn raġel ta’ 73 sena residenti l-Gżira, Toyota Townace misjuq minn raġel ta’ 58 sena residenti Birkirkara u Peugeot Expert misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti l-Marsa.

Raġel ta’ 46 sena residenti l-Gżira li kien passiġġier fil-Kia sofra xi ġrieħi u ngħata l-għajnuna minn tim mediku. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa u aktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com