Il-PL Qed Iwiegħed Li Ser Jerġa’ Jnaqqas It-Taxxi Tad-Dħul Għal Kulħadd

 Il-PL Qed Iwiegħed Li Ser Jerġa’ Jnaqqas It-Taxxi Tad-Dħul Għal Kulħadd

“Il-Partit Laburista huwa l-partit illi jippremjak għall-bżulija. Għalhekk ser nerġgħu nnaqsu t-taxxi. Dan kollhu nistgħu nagħmluh għaliex konna bilgħaqal u ser nagħmluh b’mod responsabbli għaliex il-finanzi tal-pajjiż jagħmluha possibbli.”

Dan ħabbru l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela waqt konferenza tal-aħbarijiet bit-tema Malta Flimkien li matulha ħabbar dettalji dwar il-proposta tal-Partit Laburista tat-tnaqqis tat-taxxi.

Il-Prim Ministru spjega li se jnaqsu t-taxxa tad-dħul għal kulħadd billi jwessgħu t-tax bands. Sostna li dan se jkun l-akbar twessigħ fit-tax bands li qatt kellna fl-istorja. Dan se jwassal għal €66 miljun fis-sena fil-bwiet tal-familji, ħaddiema u nies self employed. Dan ser jiġi kkumplimentat minn €24 miljun fis-sena f’ċekkijiet ta’ rifużjoni ta’ taxxa. Huwa kompla li għall-ewwel darba se jkun hemm tnaqqis ukoll fit-taxxa għan-negozji.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-PL ser jibqa’ l-partit tax-xogħol billi jkompli jinċentiva lil min jaħdem, kif ukoll lil min iħaddem.

“Fl-aħħar snin ħallejna ħafna fil-bwiet tal-familji tagħna, tal-ħaddiema, tas-self employed u negozji wkoll. B’dak li ħabbarna llum se nħallu aktar. Ser nagħmlu dan billi nnaqsu t-taxxa fuq id-dħul, nagħtu aktar rifużjoni tat-taxxa, innaqsu t-taxxa għan-negozji. Flimkien ser naslu. Ser nagħtukom aktar flus fil-but. Paga aħjar b’inqas taxxa,” temm jgħid Robert Abela.

Flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela kien hemm ukoll il-Ministru Silvio Schembri kif ukoll il-Ministru Clyde Caruana.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com