Il-Katavru Ta’ Ajay Shrestha Mistenni Jibda L-Aħħar Vjaġġ Tiegħu Lejn In-Nepal Għada
Il-Katavru tan-Nepaliż Ajay Shrestha li miet traġikament fl-inċident li seħħ fil-Marsa bħal-lum ġimgħa, se jkun qed jintbagħat lura pajjiżu għada wara li ġie rilaxxat mill-Maġistrat li qed tmexxi l-inkjesta.
Dan ħa jkun possibbli wkoll wara li nġabru madwar €27,000 fi ftit jiem sabiex ikopru l-ispejjeż kbar sabiex il-katavru jkun jista’ jitwassal fin-Nepal.
Il-ġenerożità kienet waħda kbira hekk kif ħa jibqa’ flus biżżejjed ukoll bħala appoġġ finanzjarju għal familja tiegħu li tilfet lil Shrestha ta’ 28 sena f’dan l-inċident sfortunat ‘il bogħod minn pajjiżu.