“Theddida Mhux Biss Għall-Poplu Ukren Iżda Wkoll Għall-Istabbiltà Ewropea U Globali” – Il-President George Vella

 “Theddida Mhux Biss Għall-Poplu Ukren Iżda Wkoll Għall-Istabbiltà Ewropea U Globali” – Il-President George Vella

Fid-dawl tal-iżviluppi li seħħew fl-Ukrajna kmieni dalgħodu, il-President George Vella fi stqarrija  ikkundanna l-attakki Russi fuq l-Ukrajna.

Huwa qal li dawn l-attakki huma ta’ tħassib serju filwaqt li esprima l-appoġġ tiegħu għall-Gvern u l-poplu tal-Ukrajna.

“Din l-eskalazzjoni, u b’mod partikolari l-avvenimenti li qed jiġu rrappurtati, jirrappreżentaw theddida mhux biss għall-poplu tal-Ukrajna iżda wkoll għall-istabbiltà Ewropea u globali,” tenna l-President George Vella.

Huwa ngħaqad fl-appell għall-waqfien immedjat tal-attakki u l-irtirar tal-forzi militari Russi mill-Ukrajna.

Il-President Vella tenna li għanda tiġi rispettata bi sħiħ l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia fi stqarrija wkoll kkundanna dan l-attakk Russu, filwaqt li esprima s-solidarjetà mal-poplu Ukren f’dan il-mument diffiċli ferm għalihom.

L-Ispeaker appella għal diskussjonijiet diplomatiċi biex tinstab soluzzjoni għal-paċi f’dan il-konflitt.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com