L-Attivitajiet Tal-Massa Lura B’Mod Normali Mill-11 Ta’ April

 L-Attivitajiet Tal-Massa Lura B’Mod Normali Mill-11 Ta’ April

L-attivitajiet tal-massa se jkunu jistgħu jerġgħu jibdew isiru bin-nies bilwieqfa b’mod normali mingħajr restrizzjonijiet mill-11 ta’ April.

Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Huwa qal li għalhekk dan se jfisser li l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid jistgħu jsiru b’mod normali. Qal ukoll li għal attivitajiet fuq barra se jkun jista’ jattendi kulħadd.

Il-Ministru Chris Fearne spjega li dawk l-attivitajiet tal-massa li se jkunu organizzati fuq ġewwa se jkunu jistgħu jidħlu għalihom dawk biss li għandhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin validu.

Matul il-konferenza l-Ministru Fearne ħabbar ukoll li mis-7 ta’ Marzu, l-istabbilimenti li għandhom il-liċenzja li jistgħu jibqgħu miftuħin wara s-1am se jkunu jistgħu jibqgħu miftuħin skond il-liċenzja tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com