Bil-Filmat: Ir-Russi Jipprotestaw Kontra L-Gvern Tagħhom Stess – Ma Jridux Gwerra

 Bil-Filmat: Ir-Russi Jipprotestaw Kontra L-Gvern Tagħhom Stess – Ma Jridux Gwerra

“Le għall-gwerra,” hekk kienu qegħdin jgħajjtu lbieraħ filgħaxija eluf ta’ Russi li niżlu fit-toroq ta’ Moska u St. Petersburg biex jipprotestaw kontra l-gwerra li beda l-President Russu Vladimir Putin.

F’dawn il-protesti kbar li saru ġew arrestati madwar 1,000 persuna mill-Pulizija Russa stess biex jitwaqqfu.

Fir-Russja l-Kap tal-Oppożizzjoni Alexey Navalny  jinsab il-ħabs jiskonta sentenza ta’ sentejn u nofs minħabba li kien imexxi protesti simili kontra t-tmexxija ta’ Putin.

Bla dubju lbieraħ il-poplu Russu ma beżax mill-qawwa tal-Putin u semma leħnu kontra l-massakru li qed jagħmel fuq il-poplu ġar tiegħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com