Jinħatru 24 Kuntistabbli Tal-Pulizija Ta’ Riserva

 Jinħatru 24 Kuntistabbli Tal-Pulizija Ta’ Riserva

F’ċerimonja li saret ilbieraħ fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana, 24 uffiċjal ħadu l-ġurament tal-ħatra bħala Kuntistabbli tal-Pulizija ta’ Riserva.

Huma ngħataw taħriġ fl-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati f’Ta’ Kandja, wara sejħa għall-applikazzjonijiet miftuħa għall-eks membri tal-Korp tal-Pulizija, kif ukoll għall-uffiċjali li rtiraw minn Korpi Dixxiplinati oħra.

F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Angelo Gafà qal li waqt li l-Korp qiegħed kull sena jdaħħal demm ġdid permezz tar-reklutaġġi, l-esperjenza ta’ eks membri tal-Korpi Dixxiplinati hija importanti ħafna u għalhekk l-ingaġġ bħala Kuntistabbli ta’ Riserva.

Is-Sur Gafà spjega lil dawn l-uffiċjali l-importanza tad-dokumenti tal-Istrateġija ta’ Trasformazzjoni u tal-Kodiċi ta’ Etika. Semma kif il-Korp irid ikun eqreb mal-komunità waqt li Malta tibqa’ fost l-iktar pajjiż sigur fid-dinja.

Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm id-Direttur Ġenerali tal-Korp tal-Pulizija, is-Sinjura Stefania Sgandurra, id-Deputat Kummissarju Ramon Mercieca u l-Kmandant tal-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati s-Sur Joe Cachia.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com