James Buttigieg Huwa L-Vittma Li Tilef Ħajtu Dalgħodu Fl-Imrieħel

 James Buttigieg Huwa L-Vittma Li Tilef Ħajtu Dalgħodu Fl-Imrieħel

Ir-raġel li tilef ħajtu traġikament fl-aċċident li seħħ dalgħodu fl-Imrieħel ġie ddentifikat bħala James Buttigieg ta’ 50 sena magħruf bħala Jimmy. Buttigieg huwa missier ta’ żewġ subien u joqgħod Ħal Balzan.

L-aċċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tad-9:30am, fi Triq l-Imdina, l-Imrieħel.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li l-vittma safa’ milqut minn Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 34 sena mill-Belt Valletta.

Tim mediku mar fuq il-post ta’ l-inċident iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet.

Il-bank APS li miegħu kien jaħdem James Buttigieg f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali sellmu l-memorja tiegħu. Il-bank qal li Buttigieg kien kollega rispettat ħafna u li żgur se tkun qed tinħass it-telfa tiegħu speċjalment tad-dipartiment tal-kummerċ bankarju.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ara wkoll: 

Raġel Ta’ 50 Sena Jmut Wara Li Ttajjar Fl-Imrieħel

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com