Il-Funtana Tat-Tritoni Mixgħula B’Appoġġ Lill-Poplu Ukren

 Il-Funtana Tat-Tritoni Mixgħula B’Appoġġ Lill-Poplu Ukren

Hekk kif bosta pajjiżi Ewropej qed jixgħelu binjiet prominenti bil-kulur isfar u blu li jirrappreżenta l-bandiera Ukrena, f’Malta lbieraħ ukoll ingħaqadna f’dan is-sinjal ta’ appoġġ.

Il-Funtana tat-Tritoni lbieraħ filgħaxija kienet mixgħula b’dawn il-kuluri.

B’dan il-ġest żgħir il-Gvern Malti wkoll qed jingħaqad mal-kumplament tal-Ewropa b’sapport lejn il-poplu Ukren li qed ikun attakkat mill-qawwiet Russi, b’bosta qed jitilfu ħajjithom waqt li jiddefendu lil art twelidhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com