Bernard Grech Qal Li Gvern Nazzjonalista Jtejjeb L-Infrastruttura U L-Faċilitajiet Għas-Sajjieda

 Bernard Grech Qal Li Gvern Nazzjonalista Jtejjeb L-Infrastruttura U L-Faċilitajiet Għas-Sajjieda

“Gvern ġdid Nazzjonalista jtejjeb l-infrastruttura u l-faċilitajiet għas-sajjieda, b’enfasi fuq Marsaxlokk u x-Xemxija biex ikunu jistgħu jaħdmu f’ambjent aktar kompetittiv u effettiv, b’mod li jipprovdi dak kollu neċessarju għall-bżonnijiet tas-sajjieda.”

Saħaq dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt li għamel żjara f’Marsaxlokk. Huwa qal lill-bdiewa, lir-raħħala u lis-sajjieda jeħtieġ inwiżnuhom aktar minn qatt qabel b’appoġġ finanzjarju biex iżidu l-investimenti tagħhom.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li matul din il-ġimgħa spjega l-proposti tal-Partit Nazzjonalista għas-settur tal-bdiewa.

F’Marsaxlokk ħabbar ukoll li rridu nixprunaw l-innovazzjoni u l-użu tat-teknoloġija fejn jidħol ir-rendiment tal-uċuħ tar-raba’, “ħalli nindirizzaw parti mill-problema tal-iskarsezzi tal-ħaddiema f’dan il-qasam.”

Dr Bernard Grech temm jgħid li Gvern Nazzjonalista jinvesti wkoll f’qabża fil-kwalità tal-operat sabiex il-Pitkalija, il-Biċċerija u l-Pixkerija jkunu ċentri ta’ eċċelenza effiċjenti, moderni, trasparenti u b’politika konsistenti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com