“Il-Proposta Tal-ODZ Hija Proposta Maħsuba Biex Parzjalment Tissewwa L-Ħsara Kbira Li Saret Lill-Ambjent Taħt Gvern Laburista” – Il-PN

 “Il-Proposta Tal-ODZ Hija Proposta Maħsuba Biex Parzjalment Tissewwa L-Ħsara Kbira Li Saret Lill-Ambjent Taħt Gvern Laburista” – Il-PN

Il-Partit Nazzjonalista qal li fil-ferneżija li għandu għax għadu ma ppubblikax il-programm elettorali tiegħu ġimgħa wara li beda l-kampanja, Robert Abela qed jara ma x’hiex se jiggranfa.

Fi stqarrija b’reazzjoni għal dak li qal il-Kap tal-PN Bernard Grech dalgħodu f’Marsaxlokk, il-PN saħaq li l-proposta tal-ODZ hija proposta maħsuba biex parzjalment isewwi l-ħsara kbira li saret lill-ambjent fl-aħħar għaxar snin ta’ Gvern Laburista.

Il-PN qal li “huwa ċar li għax m’għandux pjan, ideat jew saħansitra programm elettorali, Robert Abela qed jagħmel minn kollox biex jirredikola diskussjoni serja dwar il-bżonn ta’ iktar spazji miftuħa.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com