Bil-Filmat: Il-PM Jħabbar Aħbar Tajba – L-Ekonomija Maltija Taqbeż Il-Livelli Ta’ Qabel Il-Pandemija

 Bil-Filmat: Il-PM Jħabbar Aħbar Tajba – L-Ekonomija Maltija Taqbeż Il-Livelli Ta’ Qabel Il-Pandemija

“X’aħbar sabiħa u importanti waslet illum. L-Ekonomija f’pajjiżna mhux talli laħqet il-livelli ta’ qabel il-pandemija, talli qabżithom”, tenna l-Prim Ministru Robert Abela f’attivita politika taħt it-tinda fil-pjazza tal-Mosta lbieraħ filgħaxija.

Qal li dan jista’ u seta’ jkun possibbli biss għax ikollok tmexxija soda fuq it-tmun ekonomiku tal-pajjiż li huwa b’saħħtu.

Il-Prim Ministru Robert Abela ħa l-okkażżjoni u faħħar lil dawk li huma fdati biex imexxu l-ekonomija u l-finanzi tal-pajjiż flimkien miegħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com