Jgħid Li Kien Għalih Tiġi Sospiża Anke L-Elezzjoni Sakemm Ikun Hawn Stabbilità Internazzjonali

 Jgħid Li Kien Għalih Tiġi Sospiża Anke L-Elezzjoni Sakemm Ikun Hawn Stabbilità Internazzjonali

Russell Sammut fuq il-midja soċjali tiegħu qal li jazzarda jgħid li, kieku kien għalih, għalissa tiġi sospiża anke l-elezzjoni u tiġi mċaqalqa għal żmien fejn ikun hemm aktar stabbilità “u b’hekk ikollna gvern jiffunzjona u forsi stampa aktar ċara, ma ninsewx li aħna parti mid-dinja.”

Spjega li fiċ-ċirkostanzi li għaddejjin fuq livell internazzjonali, il-partiti għandhom ikunu responsabbli u jirrevedu serjament il-wegħdiet li qed jagħmlu speċjalment fejn jidħlu l-finanzi u t-tqassim tal-flus.

Qal ukoll li d-dinja nbidlet f’dawn l-aħħar 6 ijiem u hekk ser tkompli tagħmel fil-jiem li ġejjin.

“Irridu jew ma rridux u ‘beyond our control’ se naffaċċjaw żminijiet iebsin.”
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com