Bil-Filmat: “Din L-Elezzjoni Hi Dwarkom” – Il-PM Lill-istudenti

 Bil-Filmat: “Din L-Elezzjoni Hi Dwarkom” – Il-PM Lill-istudenti

“Għiduli x’taħsbu. Din deċiżjoni dwarkom.”  Kien dan il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, meta iktar kmieni llum ltaqa’ mal-istudenti tal-Junior College.

Il-Prim Ministru ltaqa’ mal-istudenti f’ġimgħa fejn komplew jitħabbru iktar proposti tal-Partit Laburista maħsuba biex jappoġġjaw lill-istudenti fil-vjaġġ edukattiv tagħhom.

Fosthom l-inċentiv ta’ €1,500 fuq tliet snin lill-ġenituri u studenti li jibqgħu jistudjaw wara l-età obbligatorja. Inċentiv li l-ġenituri joħduh forma ta’ tax credit u fil-każ ta’ studenti li jgħixu għal rashom joħduh l-istudenti.  F’każ ta’ persuna li ma tinqabadx bit-taxxa tingħata għotja.

Wara li din is-sena żdiedu l-istipendji b’għaxra fil-mija, jekk ikun ikkonfermat gvern laburista l-istipendji jerġgħu jiżdiedu bi 15% oħra.

F’din il-laqgħa mill-isbaħ fost l-istudenti l-Prim Ministru radd ħajr lill-edukaturi u l-professjonisti kollha tax-xogħol tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com