Reġgħu Bdew Jieħdu D-Droga Waqt Il-Pandemija Tal-Covid-19…

 Reġgħu Bdew Jieħdu D-Droga Waqt Il-Pandemija Tal-Covid-19…

Bosta huma dawk li qed jitħassbu dwar il-konsegwenzi u l-effetti tas-sitwazzjonijiet li ħolqot il-pandemija Covid-19. Spiss issemmiet is-saħħa mentali, in-nuqqas ta’ xogħol, l-asnjetà… u forsi ftit issemmew l-‘addictions‘. Dawn żdiedu f’kull forma għalkemm forsi, ftit statistika għadha ħarġet dwar dan. Iżda x’qed jgħidu l-porfessjonisti?

Tkellimna ma’ Charles Scerri, id-Direttur Operattiv fi ħdan l-Aġenzija Sedqa.

Żdied l-abbuż tad-droga waqt Covid-19?

Ghalkemm mhijiex informazzjoni li staqsejna speċifikament dwarha bħala aġenzija, fi żmien il-COVID Sedqa ma nnutatx li kien hemm klijenti li batew minn overdoses aktar minn perjodi oħra. Sfortunatament smajna b’xi klijenti li kienu f’kuntatt maċ-ċentru tad-Detox li fi żmien il-pandemija mietu, x’aktarx minħabba overdose, pero’ l-impressjoni hi li ma kienx hemm żieda ta’ dan il-fenomenu waqt l-istess pandemija. Id-Dipartiment tal-Emerġenza huwa f’pożizzjoni li jista’ jwieġeb aħjar din id-domanda peress li huma l-first response team fuq overdoses serji.

Veru li l-ansjetà u l-istress ta’ iżolament iwasslu għal żieda fl-użu tad-droga?

Minn kwestjonarju li tajna lill-klijenti tagħna fiċ-ċentru tad-Detox li għalih wieġbu 180 persuna, huma wieġbu li d-dħul naqas, uħud semmew li r-relazzjonijiet tagħhom batew u anke kien hemm min semma’ li jħossu iżjed imdejjaq minn qabel.

Dan kollu jwassal biex individiwi fi żmien bħal dan jagħmel użu iżjed mis-sustanzi anke minħabba l-fatt li tnaqqset l-attività soċjali u interattiva. Mill-kwestjonarju, intbaħna wkoll li ammont ta’ klijenti nefqu aktar flus biex jixtru d-droga.Dan jammonta għal 25%! 4.4% biss qalulna li użaw anqas droga matul dan iż-żmien. kellna żieda fil-persuni bejn April u Mejju li talbu għall-għajnuna.

Noel Xerri, Direttur tal-Fondazzjoni Oasi f’Għawdex tenna “Ma nistax ngħidlek li l-abbuż żdied minħabba l-Covid, jew li żdiet fi 3 xhur minħabba l-Covid. Mill-banda l-oħra, nista’ ngħidlek li kellna xi relapses minħabba l-istress li ġabet l-Covid.”

Inħeġġu lilkom qarrejja tagħna biex titkellmu dwar kif tħossukom. Agħmlu l-kuraġġ… dan iż-żmien ser jgħaddi wkoll. Ilkoll ninsabu fl-istess mument! Kuraġġ! Infakkru wkoll fil-helpine 179 fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum.

Ritratt: USA News & World Report

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com