SOS Malta Titlaq Biex Tgħin Lill-Poplu Ukren – Isibu Nota Ta’ Kuraġġ

 SOS Malta Titlaq Biex Tgħin Lill-Poplu Ukren – Isibu Nota Ta’ Kuraġġ

Illum SOS Malta ser tingħaqad mar-rispons t’emerġenza Ewropea fir-Rumanja biex tgħin lill-poplu Ukren li qed jaqsam minn pajjiżu biex isib kenn mill-gwerra.

Jonathan Borg u Karl Andrew Micallef mit-Times of Malta ingħaqda ma’ Raluca Colacel u Andrew Crosby minn SOS Malta fejn grazzi għall-għajnuna tal-pubbliku Malti, marru biex jgħinu lin-nies li bħalissa għaddejjin minn dan it-turment.

It-tim telaq minn Malta dalgħodu fis-6.30 u mistennija jaslu fid-destinazzjoni llejla. Interessanti u sabiħa n-nota li sabu minn xi ħadd fostna b’messaġġ ta’ kuraġġ lill-poplu Ukren.

Awguri u prosit tal-ġest tagħkom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com