Melita Twettaq Tiswijiet Fuq Fibre Cable Li Ġarrab Ħsara Minn Terzi

 Melita Twettaq Tiswijiet Fuq Fibre Cable Li Ġarrab Ħsara Minn Terzi

Melita Limited bħalissa qed isewwi fibre cable li saritlu ħsara estensiva aktar kmieni llum minn terzi. Il-ħsara qed tolqot is-servizzi kollha ta’ Melita.

L-inħawi u l-lokalitajiet milquta huma: Birgu, Birżebbuġia, Bormla, Bulebel, Delimara, Fawwara, Fgura, Għaxaq, Gudja, Ħal Far, Kalkara, Kirkop, Kordin, Marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, MIA, Mqabba, Paola, Qajjenza, Qrendi, Ħal Safi, l-Isla, Smart City, Santa Luċija, Ħal Tarxien, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun, u ż-Żurrieq.

It-tiswijiet ta’ emerġenza qed isiru mit-tim tal-Melita sabiex jissewwew kompletament u s-servizz għandu jiġi restawrat sat-3.00pm illum. Il-klijenti huma mfakkra li sejħiet ta’ emerġenza lill-112 huma ddisinjati biex jaħdmu mill-mowbajl matul kwalunkwe interruzzjoni tas-servizz.

Il-klijenti jistgħu jsegwu l-aġġornamenti regolari fuq https://www.facebook.com/MelitaNew/

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com