Il-PM Robert Abela U L-Kap Tal-Oppożizzjoni Bernard Grech Jippreżentaw In-Nomini Għall-Elezzjoni Ġenerali
Ftit tal-ħin ilu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, ippreżenta n-nomina tiegħu bħala kandidat għall-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu.
Il-Prim Ministru se jkun qiegħed jikkontesta fuq it-tieni u l-ħames distrett elettorali.
Illum ippreżenta n-nomina tiegħu wkoll il-Kap tal-PN Bernard Grech fejn se jkun qed jikkontesta fuq il-ħames u l-ħdax-il distrett elettorali.