L-Għaqda Tan-Nar 23 Ta’ April Ta’ Ħal Qormi U Żebbuġ Rangers FC B’Għajnuna Finanzjarja Biex Iwettqu Proġetti Fil-Komunità

 L-Għaqda Tan-Nar 23 Ta’ April Ta’ Ħal Qormi U Żebbuġ Rangers FC B’Għajnuna Finanzjarja Biex Iwettqu Proġetti Fil-Komunità

Fil-jiem li għaddew il-Ministru Silvio Schembri permezz tal-Awtorità tal-Artijiet u l-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli ppreżenta għajnuna finanzjarja lil żewġ għaqdiet sabiex iwettqu proġetti b’risq il-komunità ta’ Ħal Qormi u Ħaż-Żebbuġ.

F’Ħal Qormi l-Awtorità tal-Artijiet se tkun qed tgħin lill-Għaqda tan-Nar 23 ta’ April b’għajnuna finanzjarja ta’ €20,000 sabiex tkompli x-xogħolijiet fis-sede ġdida tagħha li se jkun qed jinkludi mużew dwar il-piroteknika Maltija. Is-sede ta’ din l-għaqda tinsab fil-pjazza tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi.

Il-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli permezz ta’ għajnuna finanzjarja ta’ €5,000 se tkun qed tgħin lil Żebbuġ Rangers FC Youth Nursery biex isaħħu t-tagħmir tagħhom b’training equipment ġdid għat-taħriġ tal-futbol lit-tfal.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com