“Jekk Inbaxxu Rasna Għal Dan Il-Qtil, Id-Dinja Qatt Aktar Ma’ Tkun Ħielsa” – Dr Adrian Delia

 “Jekk Inbaxxu Rasna Għal Dan Il-Qtil, Id-Dinja Qatt Aktar Ma’ Tkun Ħielsa” – Dr Adrian Delia

“Waqaft ftit mill-kampanja tiegħi llejla u sibt ftit ħin biex nara l-aħbarijiet traġiċi ta’ dak li qed iseħħ fl-Ukraina.”

Hekk kiteb Dr Adrian Delia ilbieraħ filgħaxija fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Huwa qal li poġġa bilqiegħda u għal siegħat ra kif persuna qed tuża s-saħħa tagħha biex tkisser poplu billi jibgħat suldati tal-istess demm jiġġieldu u jattakka b’għexieren ta’ missili fuq bliet u djar ta’ nies ċivili, skejjel, ħwienet u sptarijiet. “Il-poplu Ukren qed ikun attakkat ħafna drabi mingħajr armi waqt li qed jippruvaw jaħarbu minn pajjiżhom,” tenna Delia.

“Minn naħa l-oħra bosta rġiel qed jagħżlu li jibqgħu f’art twelidhom u oħrajn qed jirritornaw biex jiddefendu l-pajjiżhom…Dawn huma verament eroj, li telqu mill-kumdità ta’ fejn kienu u rritornaw lura fi gwerra biex isalvaw lil art twelidhom,” kompla jikteb Dr Adrian Delia.

“Dawn l-irġiel huma verament kuraġġużi u huma raġġ ta tama…jafu li jistgħu ma’ jirbħux l-gwerra u jafu li jistgħu jitilfu ħajjithom,” tenna Delia filwaqt li temm jgħid li Alla għandu għandu jbierek lil poplu Ukren li waħdu qed jipprova jegħleb l-ħażen, “għax jekk darba biss inbaxxu rasna għal dan il-qtil brutali li qed isir, id-dinja qatt aktar ma’ tkun ħielsa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com