Familja Tinqatel Fi Splużjoni Waqt Li Kienu Qed Jaħarbu – Dak Li Qed Jiġri Fl-Ukrajna Huwa Xokkanti

 Familja Tinqatel Fi Splużjoni Waqt Li Kienu Qed Jaħarbu – Dak Li Qed Jiġri Fl-Ukrajna Huwa Xokkanti

Dawn huma xeni tal-biża’ ta’ dak li qed iseħħ kuljum fl-Ukrajna.

Kienu qed jippruvaw jaħarbu lejn post aħjar…familja ta’ erba’…spiċċaw mixħuta fl-art…l-omm u żewġt itfal bla ħajja, bil-bagalji maġenbhom. Il-Missier irnexxielu jsalva dan l-attakk, però jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Din kellha tkun l-aħħar tama tagħhom li jaslu f’post aktar sigur…sfortunatament ma’ waslu qatt!

Il-ġurnalista ta’ ‘The New York Times’ Lynsey Addario rat dan l-attakk kollu jseħħ quddiem għajnejha, fil-belt ta’ Irpin.

Dawn huma attakki faħxija li qed iseħħu fl-Ukrajna minn suldati Russi li suppost kellhom jieqfu mill-attakki sakemm jkunu evakwati n-nies ċivili mill-ibliet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com