Malta Flimkien: Sehem Importanti Tal-Mara Fit-Tmexxija Tal-Pajjiż U Fl-Attività Ekonomika U Soċjali

 Malta Flimkien: Sehem Importanti Tal-Mara Fit-Tmexxija Tal-Pajjiż U Fl-Attività Ekonomika U Soċjali

“Fl-aħħar xhur tkellimna dwar fejn il-mara għadha ssib ruħha f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. Ressaqna l-liġi biex inkunu iktar ħorox fejn hemm każi b’elementi ta’ femiċidju li jien determinat li la jkompli jiltaqa’ l-parlament nibqgħu nimbottawha ‘l quddiem. Irridu naraw li l-mara jkollha sehem importanti fit-tmexxija tal-pajjiż u fl-attivita ekonomika u soċjali. Jien nemmen li għamilna ħafna, imma fis-settur tal-ugwaljanza baqgħalna x’nagħmlu wkoll”, qal il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt Intervista bħala parti mill-kampanja elettorali tal-Partit Laburista.

Il-Prim Ministru qal li Partit Laburista fil-Gvern jagħti rifużjoni ta‘ 30% tal-paga fuq medda ta‘ tliet snin sa massimu ta‘ €6,000 lil dawk li jimpjegaw magħhom nisa ‘l fuq minn 40 sena u li kienu inattivi fis-suq tax-xogħol filwaqt li kumpaniji li jħaddmu aktar minn 50 ħaddiem u jkollhom 40% tat-tmexxija eżekuttiva tagħhom nisa, jingħataw tax credit sa massimu ta’ €50,000.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com