“Il-Papa Franġisku Ħerqan Biex Iżur Malta U Jittama Li Din Iż-Żjara Sservi Għall-Paċi Fid-Dinja” – L-Arċisqof Gallagher

 “Il-Papa Franġisku Ħerqan Biex Iżur Malta U Jittama Li Din Iż-Żjara Sservi Għall-Paċi Fid-Dinja” – L-Arċisqof Gallagher

Malta u l-Vatikan appellaw għall-waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna waqt li sejħu għal soluzzjoni diplomatika għat-traġedja Ukrena, qal il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo wara li kellu taħditiet bit-telefon mal-Arċisqof Paul Gallagher, is-Segretarju tal-Vatikan għar-relazzjonijiet ma’ stati oħra.

Il-Ministru Evarist Bartolo u l-Arċisqof Gallagher ddiskutew il-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna li qed twassal għall-qerda ta’ pajjiż sħiħ, il-qtil ta’ eluf ta’ nies, fosthom tfal, nisa u anzjani. Miljuni ta’ nies qed ikollhom iħallu djarhom u jfittxu kenn f’inħawi oħra tal-Ukrajina u f’pajjiżi oħra.

L-Arċisqof Gallagher qal lill-Ministru Bartolo li l-Papa Franġisku ħerqan iżur Malta u jittama li din iż-żjara sservi għall-paċi li tant hawn bżonnha fid-dinja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com