“Jekk Mhux Ħa Ngħinu Lill-Bdiewa Qed Nirriskjaw Li Nispiċċaw Bla Prodotti Friski” – Il-Kelliem Tal-PN Peter Agius

 “Jekk Mhux Ħa Ngħinu Lill-Bdiewa Qed Nirriskjaw Li Nispiċċaw Bla Prodotti Friski” – Il-Kelliem Tal-PN Peter Agius

“Xkora fertilizzant minn €10 għoliet għal €22.” Hekk saħaq il-Kelliem Ewlieni tal-PN Peter Agius wara li żar bidwi fl-għelieqi tiegħu biex jifhem aħjar din is-sitwazzjoni.

Agius qal li l-biedja Maltija ma tistax tkun kompetittiva, “jekk il-prodott kompetitur impurtat jiġi sussidjat b’diversi modi u l-prodott Malti jitħalla għal riħu.”

Huwa kompla jispjega kif il-bidwi Malti mhu qed isib l-ebda għajnuna. “Regoli biss.”

Il-Kelliem tal-PN saħaq li din hija kwistjoni ta’ importanza nazzjonali – “hemm fin-nofs is-sigurtà tal-ikel. Qed nirriskjaw li nispiċċaw bil-ġuħ!”

Peter Agius temm jgħid li l-programm elettorali tal-PN jinkludi proposti biex jippromwovu l-biedja organika, biex aktar żgħażagħ jitħajru jsiru imprendituri agrikoli u biex jgħinu lis-settur kollu jikkompeti b’investimenti bil-għaqal fl-infrastruttura kif ukoll b’appoġġ dirett li jtaffi l-ispejjeż dejjem jogħlew tal-materjali u jeliminaw burokrazija żejda u spejjez amministrattivi.

Ara l-filmat: 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com