Bil-Filmat: Il-PN Jsostni Li Ma Hemm L-Ebda Spejjeż Involuti Biex Negozju Jkun Konformi Mal-ESG
Waqt id-dibattitu li sar ilbieraħ bejn iż-żewġ mexxejja, il-Prim Ministru Robert Abela qal li dak li qed iwiegħed il-PN dwar it-tnaqqis tat-taxxa lin-negozji se jiswa €158,000 biex in-negozji jkunu awditjati u konformi mal-ESG.
Il-Kap tal-PN Bernard waqt id-dibattitu tal-bieraħ ċaħad li hemm xi tip ta’ spejjez u li l-PM ma’ kienx qed jgħid il-verità.
“Robert Abela jrid ibeżża lin-negozji fuq it-tnaqqis tat-taxxa mill-PN għal 15%. Ivvinta audits u spejjeż minn żniedu.” Dan qalu l-Kelliem Ewlieni tal-PN Peter Agius permezz ta’ filmat fuq il-mezzi soċjali tiegħu fejn spjega eżattament dak li l-PN qed jipproponi.
Huwa qal li fil-preżent ġa hawn eluf ta’ kumpanniji Maltin li qed josservaw il-kriterji tal-ESG, u li dawn ġa jikkwalifikaw għat-taxxa mnaqqsa ta’ 15%.
“Ma semmejna l-ebda audit. Dak qed jivvintah Abela. Iva hemm bżonn ta’ audit – imma fuq id-deals tiegħu!” tenna Peter Agius.
Huwa spjega li mhu ser ikun hemm l-ebda spejjeż fuq negozji biex jiġu compliantn u li din se tkun sistema self-declaratory.
“Il-Piż ikun fuq il-Gvern mhux fuqek, mhux bħal ma għamel Abela bil-lista l-griża!” saħaq Agius.
Huwa temm jgħid li mhemm l-ebda liġi Ewropea li tobbligana ndaħħlu audits jew spejjeż. Il-liġi Ewropea ttina l-fakulta li nagħmlu miżura bħal din.
Ara l-filmat: