“Jidher Li Bdiet Kampanja Ko-Ordinata Mill-PL Biex Jitfgħu Dubji Dwari” – Bernard Grech

 “Jidher Li Bdiet Kampanja Ko-Ordinata Mill-PL Biex Jitfgħu Dubji Dwari” – Bernard Grech

Fuq il-paġna ta’ facebook tiegħu, Bernard Grech kandidat għas-siġġu ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista kiteb li “Jidher li bdiet kampanja ko-ordinata oħra mill-Partit Laburista biex jitfgħu dubju dwari.”

Sostna li hu qatt ma tpoġġa taħt kwarantina mandatorja mill-Awtoritajiet tas-Saħħa peress li martu iżolat ruħha mill-familja fis-17 ta’ Settembru li għadda meta kienet infurmata bil-każ fil-gym li tattendi.

“Dan l-iżolament seħħ qabel ma kellha ebda sintomu tal-Covid u fil-fatt hi kellha l-ewwel test negattiv fit-18 ta’ Settembru. Hi segwiet il-pariri mediċi u baqgħet f’iżolament sakemm isir it-tieni test li sar fil-21 ta’ Settembru. Dan ħareġ pożittiv l-għada u hi tpoġġiet taħt kwarantina mandatorja mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.”

bernard Grech kiteb li kellu l-aħħar kuntatt ma’ martu meta hi ma kellhiex sintomi u meta kienet għadha negattiva.

Tenna li fl-interess tas-saħħa pubblika, hu iżola ruħu b’mod volontarju sakemm sarulu t-testijiet u ħareġ darbtejn negattiv; fit-23 u fil-25 ta’ Settembru. L-istess uliedu li ħarġu negattivi fit-testijiet rispettivi.

“Dawn huma l-fatti, li diġà stqarrejt pubblikament, ħasra li hawn min għandu l-interess li jgħawwiġhom”, temm jgħid Grech.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com