Sewwieq Ta’ Mutur Sofra Ġrieħi Gravi F’Ħabta Ma’ Karozza Fir-Rabat

 Sewwieq Ta’ Mutur Sofra Ġrieħi Gravi F’Ħabta Ma’ Karozza Fir-Rabat

Raġel ta’ 59 sena li joqgħod Ħaż-Żebbuġ, għal xi l-ħdax u nofs ta’ filgħodu, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, ir-Rabat.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Ford Fiesta, misjuqa minn raġel ta’ 56 sena residenti r-Rabat, u mutur Yamaha 400, misjuq mill-vittma.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com