Tibda L-Votazzjoni Bikrija – Madwar 11,000 Persuna Se Jkunu Jistgħu Jivvutaw Illum

 Tibda L-Votazzjoni Bikrija – Madwar 11,000 Persuna Se Jkunu Jistgħu Jivvutaw Illum

Dalgħodu fis-7am, bdiet il-votazzjoni bikrija, b’madwar 11,000 ruħ mistennija jitfgħu l-ewwel voti tagħhom.

Matul il-ġurnata tal-lum se jkunu jistgħu jivvutaw dawk li jinsabu pożittivi bil-Covid-19 jew fi kwarantina, dawk li jgħixu barra minn Malta jew minħabba raġuni ta’ safar, residenti tal-Ħabs, residenti fid-djar tal-anzjani kollha kif ukoll pazjenti fl-Isptarijiet.

Apparti minn dawn in-nies illum se jkunu qed jivvutaw ukoll l-assistenti kummissjonarji elettorali.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com