Ajruplan B’132 Persuna Abbord Jiġġarraf Fiċ-Ċina

 Ajruplan B’132 Persuna Abbord Jiġġarraf Fiċ-Ċina

Ajruplan Boeing-737 tal-kumpanija tal-ajru China Eastern Airlines, iġġarraf dalgħodu b’132 passiġġier abbord fil-muntanji tar-reġjun ta’ Guangxi, fin-naħa ta’ isfel taċ-Ċina.

Din it-titjira interna fiċ-Ċina kienet fi triqitha lejn Guangzhou minn Kunming.

In-numru ta’ vittmi għadhom mhux magħrufa.

Bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ salvataġġ fejn fuq il-post issejħu numru kbir ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-vittmi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com