Sewwieqa Ta’ Mutur B’Ġrieħi Serji F’Ħabta Fl-Imsida

 Sewwieqa Ta’ Mutur B’Ġrieħi Serji F’Ħabta Fl-Imsida

Mara ta’ 32 sena li toqgħod Ħal Qormi sofriet ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku.

L-aċċident seħħ illum għall-ħabta tad-9am, fi Triq il-Wied, l-Imsida.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Peugeot Django misjuq mill-vittma u Toyota Vitz, misjuqa minn mara oħra ta’ 42 sena residenti Ħ’Attard.

Aktar tard, is-sewwieq tal-mutur ġiet iċċertifikata li kellha ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com