Bil-Filmat: Il-Proċess Tal-Għadd Tal-Voti Spjegat Pass Pass

 Bil-Filmat: Il-Proċess Tal-Għadd Tal-Voti Spjegat Pass Pass

Il-Kummissjoni Elettorali permezz ta’ filmat spjegat b’mod sempliċi l-proċess tal-għadd tal-voti. Dan hekk kif se jkun qed terġa’ tintuża s-sistema elettronika li ntużat l-ewwel darba fl-elezzjonijiet tal-2019.

Hekk kif il-lejla fl-10pm jingħalqu l-postijiet tal-votazzjoni kollha, l-kaxxi bil-voti jittieħdu fis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar u jingħalqu fl-‘istrong room’ sakemm jaslu l-kaxxi kollha u jibdew jinfetħu waħda waħda.

F’dan l-istadju l-voti jibdew jinħarġu mill-kaxxi u jitpoġġew wiċċhom ‘l isfel.

Kif il-Kummissjoni Elettorali tagħti l-permess, il-voti jibdew iduru wiċċhom ‘l fuq u jintwerew lill-aġenti tal-partiti wara l-perspex. Wara dan il-proċess il-voti jittieħdu kaxxa kaxxa biex jiġu skenjati.

Ara l-filmat: 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com