Kollox Lest Biex Ftit Tal-Ħin Ieħor Jibda L-Għadd Tal-Voti Fin-Naxxar

 Kollox Lest Biex Ftit Tal-Ħin Ieħor Jibda L-Għadd Tal-Voti Fin-Naxxar

Ninsabu hawn fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar sabiex dalgħodu nżommukom aġġornati b’dak li se jkun qed jiġri.

Il-kaxxi jidhru li issa huma kollha vojta u l-voti jinsabu kollha wiċċhom ‘l isfel sabiex fil-ħin li ġej jibda l-għadd tal-voti.

Il-Kummissjoni Elettorali se tkun qed tindika minn qabel fix-xħin se jkunu qed jibda l-għadd tal-voti.

Infakkrukom li l-persentaġġ uffiċjali ta’ votanti li vvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali li saret ilbieraħ kien ta’ 85.5%.

Dan ifisser tnaqqis ta’ madwar 6.5% fuq ir-rata tal-votazzjoni rreġistrata fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ ħames snin ilu meta dakinhar ħarġu jivvotaw 92%.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com