Raġel Isofri Ġrieħi Wara Li Ġie Misruq Waqt Li Kien Miexi Fil-Furjana

 Raġel Isofri Ġrieħi Wara Li Ġie Misruq Waqt Li Kien Miexi Fil-Furjana

Raġel ta’ 53 sena weġġa’ gravi wara li ġie misruq waqt li kien miexi fil-Furjana.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija, għal ħabta tal-10pm. Il-vittma mar l-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida jirrapporta li aktar kmieni matul l-lejl kien sofra xi ġrieħi waqt li kien fil-Furjana.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-vittma ġie aggredit waqt li kien miexi minn raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa. L-allegat aggressur seraq diversi affarijiet personali tal-vittma u ħarab minn fuq il-post.

Issejħet ambulanza u l-vittma ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com