“Ikkampanjajna B’Umiltà U Rridu Mmexxu B’Umiltà” – Il-PM Robert Abela

 “Ikkampanjajna B’Umiltà U Rridu Mmexxu B’Umiltà” – Il-PM Robert Abela

“Ikkampanjajna b’umiltà u rridu mmexxu b’umiltà. Dan se jkun Gvern li jaħdem għal Malta Flimkien.”

Hekk saħaq il-Prim Ministru Robert Abela fl-indirizz tiegħu lill-partitarji Laburisti miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun aktar kmieni llum. Huwa qal li din il-fiduċja b’saħħitha, il-Partit Laburista jrid jroddha b’ħafna umiltà u f’ħafna aktar ħidma.

Dr Robert Abela saħaq ukoll li għalkemm il-messaġġ u t-turija ta’ fiduċja kienet waħda b’saħħitha, se jagħti kas ħafna ta’ dawk li lbieraħ iddeċidew li ma jagħtu fiduċja lill-ebda mill-partiti. Huwa tenna li l-pajjiż għandu bżonn lil kulħadd, inkluż dawk li taw fiduċja lill-PN jew lil xi partit ieħor.

Il-Prim Ministru Robert Abela temm jgħid li l-Gvern se jkun qed jaħdem fuq kwalità ta’ ħajja aħjar, opportunitajiet aqwa u għal Malta isbaħ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com